BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

Volontarjat

Volunteer


Trid taghmel xoghol volontarju fuq Progett Garnija?

Kulhadd merhba bih

Voluntiera kemm Maltin u kemm barranin huma merhba. Ghandna progetti kemm qosra kif ukoll ohrajn li jiehdu iktar fit-tul, u hemm varjeta ta’ xoghol kemm ghal voluntiera b’hafna esperjenza kif ukoll ghal min m’ghandu esperjenza ta’ xejn. Studenti li qed jahdmu fuq progetti ta’ livell BSc, MSc jew PhD huma merhba. Il-lista t’hawn taht taghti ftit idea ta’ x’tip ta’ xoghol tista’ taghmel ghalina (u ahna lilek), imma nissuggerulek li tikkuntattjana halli ssir taf b’iktar opportunitajiet.

L-ewwelnett: X’tip ta’ xoghol jinvolvi?

Dawn l-ghazliet jistghu jittiehdu wehidhom jew flimkien. Osservazzjoni minn fuq dghajjes jiddependu minn jekk ikunx hemm dghajsa li nistghu nuzaw, ghalhekk din l-ghazla s-soltu tkun marbuta ma’ xi attivita ohra skond iz-zmien tas-sena.

1. Osservazzjoni minn fuq dgħajjes

Ghal dan ix-xoghol trid:

  • Tkun kapaci taghraf tajr tal-bahar (nipprovdu ta˙rig, imma kapacita bazika hija mehtiega)
  • Ikollok hegga u interess fil-konservazzjoni – dawn essenzjali
  • Tkun lest li thallas u tirranga biex tivvjagga lejn Malta
  • Tkun lest li tghaddi numru ta’ granet fuq il-bahar

X’jiswa ghalik?

Ic-cans li tghaddi zmien fuq lanca (possibilment dghajsa tas-sajd, li hija interessanti fiha nnifisha) bejn sema u ilma ghassa biex tilmah il-garni. It-taghrif li tigbor jiddahhal fid-database European Seabirds at Sea, jigifieri jkun ta’ valur internazzjonali. Waqt attivita ricenti ta’ din ix-xorta, il-voluntiera raw grupp dniefel, skua, cief u garni, gawwi prim u gawwi dahru iswed. Jekk tkun specjalment ir-rebbiegha, hemm cans kbir ta’ numru ta’ ghasafar tal-passa.

X’jiswa għalina?

L-osservazzjonijiet tieghek ta’ garni u tajr tal-bahar iehor fl-ibhra Maltin huma bzonnjuzi ghalina ghax izidulna mat-taghrif li ahna nigbru mic-crieket, data loggers u tags satellitari li nlibbsu lit-tajr. Dan jaghtina stampa iktar cara li tghinna nifhmu ahjar fejn u kemm huwa mifrux dan it-tajr, u anke l-imgiba tieghu madwar dghajjes.

2. Xoghol ta’ ringing u sorveljanza

Ghal dan ix-xoghol trid:

  • Tkun kapaci tixxabbat xi ftit ma’ l-irdum (bi hbula fejn mehtieg), ghalhekk trid ma tkunx tibza’ mill-gholi.
  • Licenzja tar-ringing mill-BTO jew istituzzjoni simili

X’jiswa ghalik?

Li tghaddi zmien fuq l-irdum ghassa ghall-ghasafar huwa wiehed mill-pjaciri ta’ dax-xoghol. It-tajr tista’ tisimghu jew igorr mill-bejta jew jghajjat minn fuq il-bahar. Dan huwa cans uniku li tara l-garni mill-qrib, filwaqt li tghin fis-sorveljar u x-xoghol ta’ teggjar li bhalissa qed isir f’Malta.

X’jiswa ghalina?

It-tim tal-progett bilkemm jista’ jlehhaq max-xoghol ta’ sorveljar minhabba li dan kultant jinvolvi perjodi ta’ ljieli shah fuq l-irdum, ghalhekk l-ghajnuna tieghek hija apprezzata hafna. Ix-xoghol jghinna biex naghrfu liema huma z-zoni fejn il-garni u tajr iehor tal-bahar imur biex jistad. Dan ix-xoghol se jghinna biex nistabilixxu l-ewwel IBA (Zona Importanti ghall-Ghasafar) fuq il-bahar f’Malta.

3. Xoghol fis-sit tal-progett

Ghal dan ix-xoghol trid (ghazla minn dawn):

  • Entuzjazmu! Anke jekk m’ghandek ebda esperjenza, tista’ tkun ta’ ghajnuna kbira ghall-gwardjan tas-sit fix-xoghol tieghu.
  • Tkun kapaci taghraf kwalunkwe minn dawn: ghasafar, insetti, friefet il-lejl, rettili, pjanti ecc
  • Kapacita prattika, ez. issewwi hitan tas-sejjieh
  • Tkun kapaci tkompli man-nies: titkellem ma’ nies li jigu jimxu, jikkampjaw jew jaghmlu barbikjus, rikkieba ta’ quads, nassaba, residenti ecc; tispjegalhom dwar il-progett u thajjarhom igibu ruhhom kif jixraq.
  • Kapacità f’maniggjar tas-sit.

X’jiswa ghalik?

Dan huwa cans ghalik biex tghaddi hin fl-ambjent spettakolari ta’ l-iRdum tal-Madonna, ilsien art fit-tramuntana ta’ Malta. Fl-istess hin tkun qed tghin lill-gwardjan tas-sit biex trendi l-post ahjar ghan-natura u ghan-nies.

X’jiswa ghalina?

Ftit hemm taghrif fuq il-kura ta’ siti SPA f’Malta, specjalment ghal inhawi ta’ rdumijiet bhal dawn. Ghandna bzonn urgenti li nimlew dan il-vojt fit-taghrif. L-ghajnuna prattika tieghek twassal ghal dan. Il-gwardjan ghandu area kbira x’jiehu hsieb wahdu, u hemm diversi sfidi fejn jidhol l-impatt tal-bniedem fuq is-sit. Li tithaddet wicc imb’wicc man-nies li jzuru l-post ghandu jhalli effett pozittiv.

Taghrif Generali

Ma’ min ha nkun qed nahdem?

  • Ricerkaturi principali (John Borg minn Heritage Malta, Dr André Raine minn BirdLife Malta)
  • Kap tal-Progett (Helen Raine)
  • Gwardjan tas-sit (Matthew Borg Cardona)

X’inhuma l-hinijiet u l-granet tax-xoghol?

Ivarjaw – xi haga nirrangaw zgur li jkun komdu ghalik

Fejn ha nkun qed nghix?

It-tim jghinek issib akkomodazzjoni, imma l-hlas huwa f’idejk

Kemm irrid indum?

Minimu ta’ gimgha

Xi spejjez irrid inhallas?

L-ispejjez ta’ vjaggar u akkomodazzjoni huma f’idejk. Ahna nhallsu ghall-apparat

X’tip ta’ esperjenza hi?

Xoghol fuq barra

Huwa xoghol xieraq ghall-familja?

Osservazzjoni minn fuq dghajsa le
Xoghol ta’ ringing u sorveljar le
Xoghol fis-sit tal-progett – iva, u hafna wkoll! Gruppi ta’ familja huma merhba ghax kulhadd jista’ jaghti daqqa t’id fil-kura tas-sit.

 
website magħmula minn CasaSoft