Theddid għal-dawn l-għasafar
X’qed jhedded lil dawn l-għasafar?
 |
Rimi ta' skart illegali fuq l-iRdum tal-Madonna |
F’dawn l-ahhar snin in-numru ta’ garni naqas. Ir-raguni hija li dan it-tajr qed
ihabbat wiccu ma’ numru ta’ problemi li holoqlu l-bniedem. Fost dawn:
- Meta n-nies jikkampjaw jew jaghmlu pikniks ihallu hafna skart warajhom - dan igib
il-firien, li mbaghad jattakkaw u jieklu l-frieh tal-garni.
- Il-garni jibla’ s-snanar illixkati li juzaw is-sajjieda.
- L-istorbju u d-dwal mill-art u anke minn fuq il-bahar hdejn il-kolonji jfixkel l-ghasafar
u ma jħallihomx ibejtu.
 |
| Skart mill-viżitaturi |
- F’xi nhawi sar zvilupp ma’ l-irdum li naqqas
mill-habitat fejn ibejjet il-garni.
- Persekuzzjoni minn kaccaturi u tfixkil tal-bejtiet minn kacaturi li jkunu qeghdin
ghall-kacca tal-fenek bin-nemes.
- Rimi ta’ skart kbir bhal karozzi u radam li jintremew minn fuq l-irdum u li jimblukkaw
id-dahliet ghall-bejtiet.
Dawn il-perikli kollha gejjin mill-bniedem (anke l-firien il-bniedem dahhalhom fil-pajjiz!).
L-iskop ta’ Progett Garnija huwa li jxejjen jew inaqqas kemm jista’ jkun dan it-theddid.
|
Dgħajjes tad-disco viċin l-irdum
|
 |
| Predazzjoni mill-firien |
|
Ghaliex importanti li nħarsu dan it-tajr?
It-tajr tal-bahar huwa indikazzjoni tas-saha ta’ l-ekosistema. Jekk jibdew jonqsu
jfisser li xi haga mhux qed ta˙dem sew fil-bilanc ekologiku - jaf ikun naqas il-˙ut
jew effett ta’ xi tniggis tal-bahar. Dawn huma problemi li eventwalment jolqtu wkoll
lilna l-bnedmin. Aktar ma nindunaw kmieni b’dawn il-problemi u aktar ma nindirizzawhom
malajr, aktar ikun ahjar ghal kulhadd.