BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

Tajr tal-bahar iehor

Cory’s Shearwater


Tajr tal-bahar iehor

Malta hija importanti fuq skala globali wkoll ghal zewg speci ohrajn ta’ tajr tal-bahar: ic-ciefa (Calonectris diomedea) u l-kangu ta’ Filfla (Hydrobates pelagicus). Progett Garnija ifittex li jizgura li r-rakkomandazzjonijiet ghal Zoni Specjali Protetti tal-Bahar jkunu ta’ beneficcju anke ghal dawn l-ispeci.

Ic-Ciefa

Biex issir taf iktar fuq ic-Ciefa, mur hawnhekk.

Ic-ciefa - A. Raine
Ic-ciefa
- A. Raine
Ic-ciefa - A. Raine
Ic-ciefa
- A. Raine

Il-Kangu ta' Filfla

Il-gzira zghira ta’ Filfla fiha wahda mill-ikbar kolonji ta’ kangu ta’ Filfla li hawn fil-Mediterran, jigifieri xi 5000-8000 pari. Ghall-ewwel darba, Progett Garnija g˙andu xhieda cara li l-kangi minn Filfla qed jibdew imorru anke fl-iRdum tal-Madonna (is-sit tal-progett) – f’Ġunju 2007 nqabad kangu hemmhekk li kien gie rringjat fl-istess xahar fuq Filfla.

Il-Kangu ta' Filfla  - A. Raine
Il-Kangu ta' Filfla
- A. Raine
Il-Kangu ta' Filfla  - A. Raine
Il-Kangu ta' Filfla
- A. Raine

Gawwi u speci ohrajn

L-unika speçi ta’ gawwi li tbejjet f’Malta hija l-gawwija prima (Larus michahellis), b’popolazzjoni ta’ 250 par fuq Filfla u kolonji zghar imxerrdin ma’ Malta u Ghawdex. Madankollu hafna tajr iehor tal-bahar jidher fl-ibhra Maltin fix-xhur tal-passa jew tax-xitwa. Speci regulari huma l-gawwija rasha kannella (Larus ridibundus) u l-gawwija rasha sewda (Larus melanocephalus), li minnhom jidhru qtajja’ ta’ mijiet specjalment fi granet bil-maltemp. Jidhru wkoll speci ohra ta’ gawwi, cirlew u skua. Mragen (Phalacrocorax carbo) u sul (Morus bassanus) jidhru wkoll regolarment fix-xhur tax-xitwa. Speci mill-familja ta’ l-imwies, bhall-purcinell (Fratercula arctica) u l-mus (Alca torda) rari jidhru.

Biex taghraf il-garni, ic-cief u l-kangu ta’ Filfla, mur hawn.

Yellow Legged Gull - Sean Gray
Yellow Legged Gull - Sean Gray

 
website magħmula minn CasaSoft