About The Species
Il-Garni – tajr specjali ghal Malta
 |
| Ferħ tal-Puffinus yelkouan |
F'Malta jbejtu xi 10% tal-garni kollu tad-dinja, u terz minn dawn ibejtu fl-iRdum tal-Madonna li qieghed fit-tramuntana
ta' Malta.
Dan it-tajr interessanti jibda jasal fil-Gzejjer Maltin f'Ottubru u jfittex l-irkejjen
fejn ikun bejjet fis-snin ta' qabel. Il-garni ghandu drawwa jingabar fi gruppi fuq
il-bahar li jissejhu rafts, tard wara nofsinhar, biex wara li jidlam itir lejn l-art.
Il-garni jikkomunika b'aghjat mahnuq (l-irgiel ghandhom nota iktar gholja min-nisa).
Dan l-aghjat jinstema' l-iktar minn Jannar sa April, specjalment f'iljieli bla qamar.
 |
Il-garni barra l-bejta tiegħu John J Borg |
Il-garni jbejjet f'hofor u xquq fondi fl-irdum. Mill-ahhar gimgha ta' Frar in-nisa
jibdew ibidu. Il-garni jbid bajda wahda, li tkun ta' lewn abjad matt. Il-genituri
t-tnejn jiehdu sehem biex isahhnu l-bajd, u lejn it-tieni gimgha ta' Mejju l-frieh
jibdew ifaqqsu.
Meta l-frieh jikbru, il-garni jitlaq kwazi kollu u jhalli l-Gzejjer. S'issa ghadna
ma nafux sew dan it-tajr fejn imur wara l-istagun tal-bejta. Fil-fatt wahda mill-attivitajiet
ecitanti ta' Progett Garnija huwa li nwahhlu apparat elettroniku ma' xi whud mill-garni.
Bis-sahha ta' dan l-apparat inkunu nistghu nsegwu l-vjagg ta' dawn l-ghasafar.
Wara li jhalli l-kolonji l-garni (bhal hafna tajr iehor tal-bahar) ftit li xejn
jersaq lejn l-art, u jaghmel hafna zmien fuq il-bahar bla l-icken access ghal ilma
helu. Biex jibqa' haj f'dawn il-kundizzjonijiet dan it-tajr evolva glandola f'munqaru
li ssaffilu l-melh minn gismu. Bis-sahha ta' din il-glandola l-garni jista' jixorbu
l-ilma bahar.
F'dawn l-ahhar snin il-kolonji principali tal-garni f'Malta naqsu kemm fin-numru
kif ukoll fil-firxa taghhom - fil-fatt xi kolonji sfaxxaw ghal kollox.