L-iRdum tal-Madonna
Rdum tal-Madonna
 |
Bumblebee fl-iRdum tal-Madonna - M. Borg Cardona |
L-iRdum tal-Madonna huwa s-sit prinçipali ta' Progett Garnija, peress li terz tal-garni
ta' Malta jbejjet hawnhekk. L-iRdum tal-Madonna huwa lsien ta' art fil-grigal ta'
Malta. Hija art selvagga u geblija, b'hafna sisien weqfin u xtut bi blat u gebel.
Dan is-sit jaghti ghal fuq il-bahar Mediterran, b'Kemmuna u Ghawdex fl-isfond. Is-sit
huwa wkoll tajjeb ghall-passiggati.
Is-sit huwa importanti ghall-flora tipika tax-xagħri Malti. Fil-post jikbru pjanti
bhal Saghtar Thymbra capitata, Erika Erica multiflora u Tenghud
ta' Malta Euphorbia melitensis. Jikbru wkoll xi orkidi bhan-Nahla Ophrys bombyliflora,
l-Orkida Tfuh Orchis fragrans u l-Orkida Piramidali ta' Malta Anacamptis
urvilleana.
 |
Rdum tal-Madonna - Forzi Armati ta' Malta |
Is-sit huwa importanti ghall-flora tipika tax-xagħri Malti. Fil-post jikbru pjanti
bhal Saghtar Thymbra capitata, Erika Erica multiflora u Tenghud
ta' Malta Euphorbia melitensis. Jikbru wkoll xi orkidi bhan-Nahla Ophrys bombyliflora,
l-Orkida Tfuh Orchis fragrans u l-Orkida Piramidali ta' Malta Anacamptis
urvilleana.
F'dak li huma ghasafar, l-iRdum tal-Madonna huwa importanti mhux biss ghall-garni.
Ic-Ciefa Calonectris diomedea, li hija ikbar mill-garnija, tbejjet ukoll
hawnhekk, ghalkemm f'numri izghar. Ghasafar residenti jinkludu l-Merill Monticola
solitarius, l-ghasfur nazzjonali ta' Malta, u l-Bufula Hamra Sylvia conspicillata.
Fis-sit tbejjet ukoll il-Bilbla Calandrella brachydactyla u fost l-ghasafar
tax-xitwa nsibu l-Fjamma Sewda Phoenicurus ochruros.
L-iRdum tal-Madonna huwa meqjus Zona ta' Importanza ghall-Ghasafar (IBA – Important
Bird Area) minhabba fil-garni. Dawn l-inhawi tant huma importanti li gew dikjarati
wkoll Zona ta' Protezzjoni Specjali (SPA – Special Protection Area) u Zona Specjali
ta' Konservazzjoni (SAC - Special Area of Conservation) fis-sensiela ta' siti protetti
fl-Ewropa maghrufin bhala Natura 2000.
Ejja ara b'ghajnejk!
L-ahjar mod kif issir taf iktar dwar il-post huwa billi tigi zzuru. Kulhadd huwa
merhba f’kull hin, u jekk trid tista’ tirranga ghal mixja mal-Gwardjan tas-Sit billi
ccempel 21347644 jew billi tibghat email lil
.