BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

Dwar il-Proġett

Yelkouan Shearwater flying over water

Ħarsien tal-Garnija

Progett Garnija huwa l-ikbar inizjattiva ta' konservazzjoni f'Malta. Huwa progett importanti peress li f'Malta jbejtu xi 10% tal-Garni Puffinus yelkouan kollu tad-dinja.

L-ghan principali tal-progett huwa l-harsien ta' l-ikbar kolonja ta' garni li hawn fil-Gzejjer Maltin, li tinsab fl-iRdum tal-Madonna, fit-tramuntana ta' Malta. Il-progett se jaghti wkoll spinta 'l quddiem lill-kwalità ta' dan is-sit, ghall-gid tal-bqija tal-fawna u flora, u anke ghal min izur il-post. Il-mira taghna hija li sa tmiem il-progett (fl-2010) inkunu zidna n-numru ta' garni li jbejtu f'Malta. B'dan il-progett nixtiequ naghtu wkoll ezempju ta' kif tmexxi siti ohrajn protetti f'Malta.

Vantagg kbir ta' Progett Garnija huwa l-fatt li din l-inizjattiva hija shubija ta' erba' awtoritajiet governattivi u tliet g˙aqdiet ambjentali. Il-progett huwa nofsu mhallas mill-EU Life Nature Fund. Il-MEPA u l-HSBC ukoll qed jghinu dan il-progett finanzjarjament. Din it-tip ta' shubija hija mod innovattiv ta' kif tmexxi progetti bhal dawn f'Malta. Bis-sahha ta' dan, ahna kunfidenti li l-miri tal-progett nilhquhom, u li nissalvagwarjdaw il-futur ta' dawn l-ghasafar.


Rdum tal-Madonna
Rdum tal-Madonna

Xogħlijiet fl-iRdum tal-Madonna
Xogħlijiet fl-iRdum tal-Madonna

 
website magħmula minn CasaSoft