BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

Azzjoni

Expert assesses rat eradication progress

X’azzjoni ha niehdu?

L-iskop taghna huwa li ntaffu l-problemi tal-garni kemm waqt il-progett u anke wara li jkun spicca. Dawn huma xi ezempji ta’ x’ha jkun qed isir waqt Progett Garnija: se jitwahhal apparat elettroniku ma’ uhud mill-garni, biex nitghallmu liema huma l-iktar inhawi importanti fejn imur jistad dan it-tajr meta j˙alli l-kolonja. Dan it-tagħrif imbaghad jghinna nestabilixxu zoni ta’ Protezzjoni Specjali fil-Bahar.

  • Qed nizviluppaw Pjan ta’ Maniggjar ghas-sit – dan iservi ta’ mudell ghall-immaniggjar ta’ nhawi protetti ohrajn.
  • Sa nkunu qed nahdmu mill-qrib mas-sajjieda halli naraw kif is-sajd jista’ qed jolqot il-garni, u nistudjaw mizuri biex nevitaw li iktar garni jinqabad fis-snanar bi zball.
  • Navzaw dghajjes u lanec biex izommu boghod minn certi nhawi fl-istagun tal-bejta (Marzu sa Lulju) ghal saghtejn qabel jidlam u saghtejn wara s-sebh.
  • Nehilsu mill-firien li qed jinfestaw l-irdum u l-bejtiet tal-garni
  • Nimpjegaw gwardjan biex jissorvelja s-sit, joffri mixjiet bla hlas u jaghmel xoghol importanti ta’ ricerka
  • Il-Forzi Armati ta’ Malta ha jkunu qed jissorveljaw minn fuq il-bahar biex jizguraw li ma ssirx kacca fuq dan it-tajr u lanqas ma jsirilhom tfixkil minn xi attività minn dghajjes.
  • Jitwaqqaf l-ikkampjar minn certi nhawi krucjali – l-ikkampjar jikkawza storbju, hsara lill-vegetazzjoni u jiggenera hafna rimi ta’ skart li jgib il-firien.
  • Jinsabu postijiet alternattivi ghal certi attivitajiet rikreattivi, peress li dan huma s-sors ta’ hafna dwal u storbju.
Checking rat bait stations
Checking rat bait stations
Abseilers jinspezzjonaw l-irdum
Abseilers jinspezzjonaw l-irdum
Mixjiet bil-gwida fuq is-sit
Mixjiet bil-gwida fuq is-sit
Il-garni jimxu wara trawler
Il-garni jimxu wara trawler

 
website magħmula minn CasaSoft